Lokali

AĠĠORNATA: Sewwieq ta’ mutur iweġġà gravi wara inċident tat-traffiku taħt il-mini ta’ Santa Venera

Sewwieq ta’ mutur mill-Imsida weġġà gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-mini ta’ Santa Venera.

Il-każ seħħ fi Triq Reġjonali – fid-direzzjoni ta’ San Ġiljan, għal ħabta tan-nofsiegħa tal-Erbgħa waranofsinhar meta għal xi raġuni kien hemm impatt bejn żewġ karozzi; misjuqin minn raġel ta’ 45 sena minn Tal-Pietà u raġel ta’ 49 sena minn San Ġiljan kif ukoll mutur misjuq mill-vittma ta’ 65 sena.

Filwaqt li r-raġel ngħata l-ewwel għajnuna mill-persuni preżenti, huwa ttieħed l-isptar minn tim mediku tal-ambulanzi fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Intant, il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet meħtieġa.