Sport Sport Ieħor

Table Tennis: HITT Academy WH Middle East iżommu posthom fil-quċċata

Fil-padiljun tal-Università f’Tal-Qroqq intlagħab il-ħames round tal-Kampjonat Nazzjonali tat-table tennis.

HITT Academy WH Middle East baqgħu fl-ewwel post tal-klassifika meta rebħu 6-0 lil HITT Academy Tibhar. Din kienet il-ħames rebħa konsekuttiva tagħhom.

Top Spin TT Academy Valletta Pay Andro wara li fil-ħames ġurnata għelbu bl-iskor ta’ 6-0 lil Top Spin TT Academy Valletta Pay Roxon jinsabu żewġ punti mill-leaders tal-Kampjonat.

HITT Academy Mosta Dome B & B jinsabu fit-tielet post tal-klassifika fejn b’logħba anqas, rebħu l-erba’ partiti li lagħbu warali għelbu lil HITT Academy Home Trends 4-2.

F’partiti oħra mill-ewwel diviżjoni, Alpha Gewo għelbu lil Mosta Gunners 4-3 filwaqt li HITT Butterfly għelbu lil Alpha Calleja Ltd 5-1.

Mill-Kampjonat tat-tieni diviżjoni, Alpha Alberta Group f’partita bilanċjata rebħu 4-3 lil Top Spin Table Tennis Academy Pay Hexer. Huma fetħu vantaġġ ta’ żewġ punti fuq Malta International Table Tennis Centre Butterfly Super Chak li għelbu lil PBC Table Tennis Blue Fire 6-0.

Il-leaders tat-tielet diviżjoni huma HITT Academy Sports Experience li rebħu lil Kindred 4-2 filwaqt li f’sezzjoni A tar-raba’ diviżjoni, Sharp Shot Academy Playmobil għelbu 5-1 lil HITT Academy Faraxa.

F-sezzjoni B PBC Table Tennis Bluestorm u Alpha Youths għelbu lil MITT Butterfly ZLC (6-0) u Top Spin Academy Kanter (4-3) rispettivament