Lokali Qorti

Appell ieħor għat-tisħiħ tar-riżorsi fil-Qorti: Din id-darba mill-Imħallef Natasha Galea Sciberras

Appell ieħor biex jissaħħu r-riżorsi fil-Qorti sar mill-Imħallef Natasha Galea Sciberras fl-ewwel seduta tagħha wara li kienet elevata minn Maġistrat fejn issa l-kompitu tagħha huwa li se tippresedi fil-Qorti Kriminali u fil-Qorti tal-Appell Kriminali.

F’awla 22 ippakkjata bil-mistiednin fosthom il-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard, ix-Shadow Minister tal-Ġustizzja Karol Aquilina, l-Prim Imħallef, L-Avukat Ġenerali, l-Avukat tal-Istat, diversi Maġistrati, Imħallfin u membri tal-Familja tagħha – l-Imħallef Galea Sciberras qalet li inutli li noqgħodu nintilfu fl-istatistika meta ma nipprovdux ir-riżorsi neċċessarji lill-Qorti.

Hija qalet li ma kull sena forensi dan id-diskors dejjem jirrepeti ruħu. In-numru ta’ ġudikanti għadu wisq żgħir u l-ġudikanti għadhom mhux biss bla riżorsi imma hemm bżonn ta’ staff kompetenti. Tenniet li l-aħħar Maġistrati li nħatru damu ma bdew jaħdmu għal xhur sħaħ għax ma kellhom biex jaħdmu.

L-Imħallef Galea Sciberras qalet li l-wegħda li l-ġudikanti jkollhom ‘court attendants” għadha ma twettqitx. Mill-lat pożittiva qalet li l-ħatra ta’ Maġistrati fuq l-inkjesti hija pass fid-direzzjoni t-tajba u saħqet li l-inkjesta mhumiex kollha ta’ l-istess portata, hemm minnhom li ma tieħux żmien biex tagħlaqhom filwaqt li oħrajn trid iż-żmien. Hi ssuġġerit ukoll li l-Maġistrati ġodda li jilħqu għandhom jingħataw taħriġ minn ġudikanti rtirati.

Fil-bidu tad-diskors tagħha hi rringrazzjat lill-Avukat Peter Fenech -President tal-Kamra tal-Avukati għad-diskors tiegħu f’din l-ewwel seduta tagħha. Qalet li dawn huma mumenti li mhija se tinsa qatt kif ma nsietx il-ħatra tagħha ta’ Maġistrat fid-29 ta’ Ottubru, 2012, meta anke dak inhar ħasset emozzjonijiet ferħ, flimkien ma’ responabbilità kbira.

Qalet li meta ġiet assenajata l-kawżi tad-droga ħadet qatgħa, għax rari ħadmet fil-kriminal ħlief in konnessjoni mal-Qrati Familja, u gġax bħala avukat kienet taħsem fiċ-ċivil. Tenniet li qabel is-seduta ta’ meta saret Maġistrat tiftakar li kienet raddet is-salib madwar 10 darbiet u anke fl-ewwel għassa tagħha kienet eċitata.

“Minn dak inhar komplejt nistudja il-liġi kriminali u dwar id-droga għal 11-il sena sħaħ fejn Iltqajt ma’ ħafna nies. Ma domtx ma tgħallimit dwar id-droga, li dan mhux biss huwa vizzju droga imma li jwassal għal reati aktar serji u hawn għamilt minn kollox biex nofri l-għajnuna lil min ried jeħodha”.

L-Imħallef Natasha Galea Sciberras gradwat bħala avukat fl-2003, kienet tħobb tistudja u marret l-iskola primarja ta’ Raħal Ġdid u wara l-iskola sekondarja taż-Żejtun u kienet tipparteċipa f’ħafna mill-attivitajiet ta’ l-iskola sakemm marret is-sixth form u wara l-Università.

“Dejjem attendejt l-iskejjel tal-istat u filwaqt li nirringrazzja lill-għalliema kollha mill-primarja sal-Università tad-dedikazzjoni li kellhom biex wasalt s’hawn, irringrazzjat lil erba’ uliedha u lill-ġenituri tagħha. Kien vjaġġ bl-isfidi tiegħu fejn ta’ 20 sena sirt omma u kelli naqbeż sena mill-kors. Imma l-ġenturi baqgħu jagħtuni l-appoġġ, kif aktar tard tawni uliedi,” qalet l-Imħallef.

Sellmet ukoll il-memorja tal-Avukat Simon Tortell li miegħu għamlet il-prattika flimkien mal-Avukat Pierre Lofaro. Tenniet li dejjem ħadmet bil-qalb, bis-sagrifċċji kollha ta’ omm li ma tista toħroġhom fil-ġranet tal-Ħadd għax riedet taħdem.

Irringrazzjat ukoll il-ħbieb kbar tagħha fil-ġudikatura li tawha l-appoġġ u li huwa ta’ sodisfazzjoni għalija li l-Maġistatti jappoġġaw ħafna lil xulxin. L-Imħallef Galea Sciberras qalet ukoll li ddejjaqha min jagħmel distinzjano bejn Maġisttati u Imħallfin. Qalet li dawn huma t-tnejn ġudikant li jwettqu xogħol utli.

Ta’ warajha se jirtu numru maniġibbli ta’ kawża għal mara li dejjem riedet teċċella

L-Imħallef Natasha Galea Sciberras eċċellat. Apparti n-numru kbir ta’ sentenzi li tagħat u inkjesrti li dderġiet f’dawn l-aħħar 10 snin, se tħalli warajha numru maniġibbli għal min se jiret il-kawżi tagħha. Il-proċessi maturati għall-sentenzi li se tħalli warajha, jingħaddu fuq żewġ idejn.

L-Avukat Peter Fenech, President tal-Kamra tal-Avukati qal dan fid-diskors tiegħu fl-ewwel seduta tal-Imħallef Natasha Galea Sciberras fejn qal lill-Imħallef il-ġdida – “Il-ħidma tiegħek bħala Maġistrat anke minn dan il-lat hija apprezzata mill-Kamra tal_Avukati u bla dubju ta’ xejn, aktar u aktar mill-Ġudikatura.

Kompla jgħid li l-Imħallef Sciberras, tifla mill-Fgura, kwieta iżda ferrieħija, dilliġenti, serja u determinata f’dak kollu li tagħmel. “Sir naf li, sa minn meta kont tfajla żgħira, l-marki u li tmur tajjeb f’dak kollu li tagħmel, kienu mportanti għalik: dejjem ridt teċċella, there was no second best – jidher li din kienet l-influenza ta’ missierek, riedek dejjem tagħraf il-potenzjal tiegħek u timmassimizzaha.

“Jgħiduli, ma kull min tkellimt, li l-ħajja tiegħek sal-lum ma kienitx mingħajr sfidi. Nafu li fil-ħidma tiegħek tgergir minn għandek ħadd ma jisma’: jien fl-awla tiegħek qatt ma smajtek teqred jew tgerger, dejjem posittiva u mexxejja. Din il-persuna, kullħadd jgħidli sweet natured, very witty, sense of humour, kapaċi tagħraf u taqra s-sitwazzjoni quddiemha sabiex tiffoka kif se tindirizzaha. Kemm bħala omm ta’ erba’ ulied kif ukoll bħala Maġistrat,” qal l-Avukat Fenech.

Kompla jgħid li bħala studenta l-Imħallef Sciberras waslet l-Unversità bħala persuna kwieta, ‘A’ student, tant li rebħet ukoll il-moot court waqt il-kors ta’ Università, u marret tirrapreċenta l-istudenti ġewwa Washington, fejn marret tajjeb ukoll.

Dr. Peter Fenech qal li spikkat l-etika waqt li damet Maġistrat, fejn żammet lura minn attivitajiet pubbliċi u żammet ukoll ċirku ristrett ta’ ħbieb, u ħadmet bla heda fir-resposabbilitajiet il-ġodda li ngħatat minn Prim Imħallfin varji li taħthom serviet fuq il-bank tal-ġudikatura – tawha x’tawha, aċċettat, kompliet tistudja u bdiet isservi.

“Sinjura Imħallef, inti ħdimt u fejn wasalt illum, wasalt biss bil-ħidma tiegħek, bid-dedikazzjoni, impenn, ħin, enerġija u kapaċità. Ma ħaqqek xejn anqas. It-triq sabiex wasalt illum kienet twila. Nafu li se sservi fil-Qorti Kriminali, xejn xejn, awla kbira, mhux se tħossok klawstroffobika f’din l-awla. Il-Kamra konvinta li kif għamilt fl-10 snin li għaddew, se terġa’ tagħmel, se taħdem sabiex isservi, se taħdem bla heda sabiex tkompli fit-rittmu li l-Qorti Kriminali qabdet f’dawn l-aħħar snin u se terfa’ r-responsabilitajiet tiegħek bl-akbar serjetà,” temm jgħid il-President tal-Kamra tal-Avukati.