Lokali

Byron Camilleri jgħid li l-Pulizija qed jaħdmu “B’mod seren”

Bil-konferma li l-istituzzjonijiet huma maħtufin mill-Gvern, wara t-tweġiba li ppreżentaw fil-Qorti l-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà, l-Avukat Ġenerali Victoria Buttiġieg u l-Avukat tal-Istat Chris Soler…. il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech u d-Deputat Adrian Delia ppreżentaw Replika għall-Kontro-Protest Ġudizzjarju biex minnufih dawn l-individwi jibdew jaqdu l-funzjonijiet tagħhom.

L-Avukat Ġenerali, l-Avukat tal-Istat u l-Kummissarju Gafa…din il-ġimgħa indikaw biċ-ċar illi qed jabdikaw mir-responsabbiltajiet kostituzzjonali tagħhom,

Kien għalhekk illi staqsejna lil-Ministru tal-Intern Byron Camilleri dwar dan kollu. Iżda Camilleri spiċċa jaħrab mid-domandi, jattaka lil Net News u jistqarr li l-Pulizija qed jaħdmu b’mod seren.

Intant, il-Partit Nazzjonalista insista illi mhux se jħalli aktar lill-Kummissarju tal-Pulizija, lill-Avukat Ġenerali u lill-Avukat tal-Istat jitmexxew bl-ispag minn Joseph Muscat u Robert Abela.

Il-PN fi stqarrija saħaq illi minflok jiddefendu l-interessi tal-poplu Malti u Għawdxi mis-serq ta’ aktar minn €400 miljun, il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali qed juru lin-nies illi bihom u mingħajrhom xorta … u li ma jridu jagħmlu xejn, għax huma kontrollati.