Lokali

Ċiklist ta’ 16-il sena weġġa’ gravi wara li ntlaqat minn bieba ta’ vettura

Żagħżugħ ta’ 16-il sena weġġa’ gravi wara li intlaqat minn bieba ta’ vettura pparkjata waqt li kien qed isuq rota fir-Rabat Għawdex.

Il-każ seħħ illum għall-ħabta tal-10:30 am, fi Triq Fortunato Mizzi, meta għal xi raġuni ż-żagħżugħ residenti l-Għarb, Għawdex kien qiegħed isuq rota meta ntlaqat minn bieba ta’ vettura li fiha kien hemm raġel ta’ 67 sena residenti n-Nadur, Għawdex.

Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ta l-għanuna liċ-ċiklist. Ftit tal-ħin wara ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għadejjin.