Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn fuq sellum f’residenza privata fiż-Żejtun

Raġel ta’ 69 sena miż-Żejtun jinsab fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ minn fuq sellum għoli madwar sular waqt li kien f’residenza privata fiż-Żejtun stess.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar fi Triq il-Qadi, iż-Żejtun. Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa fejn iktar tard, ġie iċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Joseph Gatt ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.