Il-kowċ tat-tim nazzjonali Ingliż Gareth Southgate ħabbar l-iskwadra li se tkun qed tilgħab kontra Malta nhar il-Ġimgħa f’Wembley Stadium.
Southgate żamm ħafna mill-players li kienu mat-tim Ingliż fl-aħħar waqfa internazzjonali fejn reġa ssejjaħ l-attakkant ta’ Newcastle Callum Wilson. Sorpriża terġa tkun l-esklużjoni ta’ Raheem Sterling fejn ilu ma jkun parti mill-iskwadra mit-Tazza tad-Dinja li għaddiet.
Intant fl-aħħar ħin tħabbar li l-midfielder ta’ Tottenham James Maddison se jkun barra mill-azzjoni sal-aħħar ta’ din is-sena u b’hekk mux se jkun parti mill-iskwadra.
L-iskwadra sħiħa:
Goalkeepers: Sam Johnstone (Crystal Palace), Jordan Pickford (Everton), Aaron Ramsdale (Arsenal).
Difensuri: Levi Colwill (Chelsea), Lewis Dunk (Brighton), Marc Guehi (Crystal Palace), Harry Maguire (Manchester United), Fikayi Tomori (AC Milan), Kieran Trippier (Newcastle), Kyle Walker (Manchester City).
Midfielders: Trent Alexander-Arnold (Liverpool), Jude Bellingham (Real Madrid), Conor Gallagher (Chelsea), Jordan Henderson (Al-Ettifaq), Kalvin Phillips (Manchester City), Declan Rice (Arsenal).
Attakkanti: Jarrod Bowen (West Ham), Phil Foden (Manchester City), Jack Grealish (Manchester City), Harry Kane (Bayern Munich), James Maddison (Tottenham), Marcus Rashford (Manchester United), Bukayo Saka (Arsenal), Ollie Watkins (Aston Villa), Callum Wilson (Newcastle).
//= $special ?>