Wara li l-MUT ħabbret azzjonijiet industrijali fl-iskejjel tal-Istat u tal-Knisja, il-Ministru Clifton Grima qal li għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet mal-Union.
Fi stqarrija li ħarġet il-Ġimgħa filgħodu l-MUT qalet li l-Partit Laburista kiser il-wegħda li għamel fil-manifest elettorali, speċifikament proposta numru 251 li tgħid li “la l-ftehim settorjali u dak kollettiv ikunu waslu biex jiġġeddu se jkun hemm titjib sinifikanti ieħor fil-pagi tal-edukaturi f’din il-lesġislazzjoni.”
Iżda, jidher li l-Ministru Clifton Grima qed jgħix f’dinja oħra. Dan hekk kif waqt kummenti mal-ġurnalisti Clifton Grima qal li għadhom għaddejjin id-diskussjonijiet.
Meta mistoqsi dwar kemm se tkun iż-żieda fil-pagi tal-edukaturi Clifton Grima qal biċ-ċar li ma jridx jagħti figuri.
Dan apparti il-fatt li waqt il-kummenti, Clifton Grima qal li ma jaqbilx mal-aġir tal-MUT hekk kif dawn id-diskussjonijiet għadhom għaddejjin.
Intant, aktar tard matul il-jum Net News tkellem mal-President tal-MUT, Marco Bonnici li kkonferma li sa sigħat wara li ħabbru li se jieħdu azzjonijiet industrijali, l-Ministru Clifton Grima m’għamel l-ebda kuntatt mal-union.
//= $special ?>