Verona sofrew telfa oħra din id-darba kontra Genoa bl-iskor ta’ 1-0 biex b’hekk komplew jinżlu l-isfel fil-klassifika. Il-gowl deċiżiv kien skorja fl-44 minuta minn Dragusin.
Draw ta’ 2-2 bejn Sassuolo u Salernitana. Salernitana jiftħu vantaġġ doppju b’gowls minn Chukwubuikem Ikwuemesi u Boulaye Dia. Fis-36 minuta Sassuolo naqsu l-iskor permezz ta’ Kristian Thorstvedt, bl-istess plejer jagħmel l-iskor indaqs fit-52 minuta għall-skor finali ta’ 2-2.
//= $special ?>