L-Oppożizzjoni fil-Polonja qablet dwar ftehim għal Gvern ġdid ta’ koalizzjoni wara l-elezzjonijiet parlamentari tax-xahar li għadda.
Il-kapijiet tal-Partit taċ-Ċentru Ċiviku ta’ Donald Tusk – eks-President tal-Kunsill Ewropew – iffirmaw il-ftehim ma żewġ gruppi politiċi oħra fl-Assemblea ta’ Varsavja u wara li l-Oppożizzjoni ta’ partiti favur l-Unjoni Ewropea rebħet maġġoranza komda waqt il-vot ta’ Ottubru.
Madankollu, l-Oppożizzjoni se jkollha tistenna biex tifforma Gvern peress li l-Partit tal-lemin (fil-Gvern) għal-Liġi u Ġustizzja (PiS) ingħata l-ewwel opportunità lejn it-tfassil ta’ Amministrazzjoni ġdida fuq livell nazzjonali.
Il-President Pollakk, Andrzej Duda, jiem ilu avviċina lill-Prim Ministru u kap tal-PiS Mateusz Morawiecki biex jipprova jifforma Gvern peress li l-PiS ħareġ bħala l-akbar partit fl-elezzjoni tal-15 ta’ Ottubru, Madankollu, Morawiecki ma jidhirx li għandu ċans peress li l-partiti l-oħrajn kollha qed jirrifjutaw li jissieħbu fi Gvern ġdid flimkien mal-PiS.
//= $special ?>