Il-Kummissjoni Nazzjonali għall-Promozzjoni tal-Ugwaljanza, l-NCPE organizzat Business Breakfast f’Tas-Sliema sabiex tniedi l-Equal Pay Tool tal-NCPE.
Din it-tool tiffaċilita l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ paga ugwali għall-istess xogħol u xogħol ta’ valur ugwali bejn in-nisa u l-irġiel f’organizzazzjonijiet li jimpjegaw mill-inqas 50 impjegat u li huma ċċertifikati bil-Marka tal-Ugwaljanza. Din it-Tool se tgħin lill-organizzazzjonijiet jiddentifikaw u jindirizzaw inugwaljanzi potenzjali li mhumiex ġustifikabbli fil-pagi.
L-impenn għall-paga ugwali huwa partikolarment rilevanti fil-kuntest tad-Direttiva dwar it-Trasparenza fil-Pagi addottata aktar kmieni din is-sena, li ssejjaħ għal miżuri biex titjieb it-trasparenza fil-pagi, jiġġieldu d-diskriminazzjoni fil-pagi, jiżguraw paga ugwali għan-nisa u l-irġiel li jwettqu l-istess xogħol jew xogħol ta’ valur ugwali, u jikkontribwixxu wkoll biex tiġi indirizzata d-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri.
Il-Kummissarju tal-NCPE, Renee Laiviera spjegat li d-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri hija riżultat ta’ diversi inugwaljanzi fis-suq tax-xogħol.
Qed ikun imħeġġeġ biex l-organizzazzjonijiet jagħmlu użu mill-Equal Pay Tool tal-NCPE għal analiżi preċiża tal-istruttura tal-pagi fil-kumpaniji tagħhom minn perspettiva ta’ ugwaljanza, u li tipprovdilhom għarfien biex jiżviluppaw miżuri u jieħdu azzjoni konkreta biex jindirizzaw l-inugwaljanzi fil-pagi meta jkun meħtieġ.
//= $special ?>