Illum fil-Birgu ġiet inawgurata Dar Bla Ħitan – dar illi se tkun qed tiġi użata għal skop ta’ rijabilitazzjoni għall-priġunieri wara li jkunu servew is-sentenza tagħhom.
F’ċerimonja li saret kmieni wara nofsinhar, George Busuttil li hu il-moħħ wara dan il-proġett saħaq illi għandu jkun hemm aktar inizjattivi bħal dawn sabiex il-priġunieri ma jiġux minsijin mis-soċjetà. Dan bil-għan li jiġu lura fuq saqajhom sabiex jintegraw lura fil-komunitajiet.
Prezenti għall-inawgurazzjoni kien hemm bosta priġunieri mill-Faċilita Korrettiva ta’ Kordin.
//= $special ?>