Il-grupp ta’ gwerillieri ELN tal-Kolombja ħelsu lill-missier il-plejer ta’ Liverpool Luis Diaz, 12-il jum wara li nħataf.
Wara li ġie mgħoddi mir-ribelli f’missjoni umanitarja, Luis Manuel Diaz wasal bil-ħelikopter fil-belt ta’ Valledupar fil-grigal, madwar 90 kilometru minn belt twelidu Barrancas fejn inħataf ma’ martu fit-28 ta’ Ottubru.
“Ħajja l-Libertà u l-Paċi,” kiteb il-President Gustavo Petro fil-media socjali ftit ħin wara li Diaz inħeles.
Il-ġunta tal-Isqfijiet tal-Kolombja, involuta fin-negozjar tal-konsenja, ħarġet ritratt ta’ Diaz f’bosk.
Missier u omm il-winger ta’ 26 sena Luis Diaz inħatfu minn irġiel armati fuq muturi f’pompa tal-petrol fil-belt tagħhom fit-28 ta’ Ottubru li għadda.
Marulanda ġiet salvata sigħat wara u f’operazzjoni kbira bi tfittxija fl-art u fl-ajru għal żewġha, kien hemm fl-azzjoni aktar minn 250 suldat involuti.
L-ELN, li jinsab f’negozjati ta’ paċi mal-gvern ta’ Petro, iktar tard irrikonoxxa li waħda mill-fergħat tiegħu kienet wara l-ħtif, li ddeskriva bħala “żball”.
//= $special ?>