Futbol Sport

Kampjonat tal-Veterani: Taqtiegħa interessanti bejn tliet timijiet

Tliet timijiet jinsabu fl-ewwel post tal-Veterans Malta Football Association Cisk Premier League wara li ntlagħab round ieħor ta’ logħob.

Żejtun Red Stars ħasdu lil-leaders Gżira United Veterans hekk kif ħarġu rebbieħa 5-4 f’partita bbilanċjata u miftuħa għal kull riżultat.

Rabat Veterans approfittaw minn dan ir-riżultat fejn issa qed jaqsmu l-ewwel post mal-istess Gżira United Veterans wara li għelbu lil Żurrieq Wolves 4-2.

Birkirkara St Helen’s telgħu ukoll fl-ewwel post u laħqu lil Rabat u Gżira wara li ftit tħabtu biex għelbu lil Luxol bl-iskor kbir ta’ 6-1.

Hibernians telgħu għal disa’ punti fil-klassifika hekk kif għelbu lil Malta Football Players Association 6-2.

KLASSIFIKAVMFA CISK PREMIER LEAGUE Gżira United, Birkirkara St Helen’s, Rabat Veterans b’10 punti kull wieħed , Hibernians 9 punti , Luxol 7 punti , Żejtun Red Stars 6 punti , Malta Football Players Association 5 punti u Żurrieq Wolves 0 ebda punt.