Il-qawwiet Iżraeljani li għaddejjin bl-invażjoni storika ta’ Gaza komplew jikkonsolidaw posthom fiċ-ċentru ta’ dan it-territorju kontrollat mill-Ħamas – u fejn ma waqfux il-battalji ħorox mal-estremisti Iżlamiċi li fis-7 ta’ Ottubru wettqu wieħed mill-akbar massakri ta’ ċivili Iżraeljani fl-istorja.
Il-filmati li bdew ikunu ċirkulati minn siegħa għall-oħra urew numru ta’ tankijiet tal-gwerra tal-Iżraeljani ftit ‘il hinn minn sptar għat-tfal anki waqt li t-truppi ta’ Iżrael kienu qed ifittxu għat-terroristi qalb il-labirint tal-mini li tal-Ħamas kienu bnew taħt il-Belt ta’ Gaza.
Dan ukoll fost rapporti dwar diversi splużjonijiet viċin numru ta’ sptarijiet lejn in-naħa ta’ fuq ta’ Gaza u fejn mifhum li rriżultaw il-fatalitajiet fl-isptar ta’ Al-Shifa. Jidher li parti minn dan il-kumpless – l-akbar sptar fit-Tramuntana ta’ Gaza — intlaqat mill-missili, b’Iżrael jikkonferma li l-militar tiegħu, bħalissa, qed javvanzaw minn dawn l-inħawi.
Is-sitwazzjoni sadanittant qed tidher ferm inċerta viċin tal-anqas tliet sptarijiet fin-naħat ta’ fuq ta’ Gaza – u fejn il-ġlied bejn l-Iżraeljani u l-Ħamas kien irrappurtat bħala ‘ferm intensiv’.
L-Iżraeljani fil-viċinanzi tal-isptarijiet bħalissa qed jużaw il-loud hailers biex jappellaw li n-nies li mhumiex pazjenti jew membri tal-istaff mediku jitilqu mill-inħawi minħabba l-periklu għal ħajjithom. Dan meta mhumiex joħorġu d-dettalji preċiżi dwar l-eżodu potenzjali tan-nies minn dawk iz-zoni,
//= $special ?>