Futbol Sport

Naomi Osaka se tkun qed tirritorna fl-azzjoni sitt xhur wara li kellha tarbija

It-Tennista Ġappuniża, Naomi Osaka se tkun qed tirritorna fl-azzjoni sitt xhur biss wara li kellha tarbija. Osaka se tkun qed tikkompeti fil-Brisbane International bi tħejjija għall-Open tal-Awstralja kmieni s-sena d-dieħla.

Osaka li rebħet erba’ Grand Slams fil-karriera tagħha lagħbet l-aħħar partita tagħha f’Settembru tal-2022 u qalet li tinsab eċitata li se tkun qed tirritorna aktar tard din is-sena.