Raġel ta’ 40 sena weġġa’ gravi wara inċident bejn żewġ karozzi fil-Gżira.
Il-każ seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-6.15 pm fi Triq Tas-Sliema, meta seħħet ħabta bejn Hyundai I20 misjuqa minn Indjan ta’ 29 sena u Toyota Vitz misjuqa minn raġel ta’ 40 sena
residenti ż-Żurrieq.
Fil-post ġie msejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li taw liż-żewġt irġiel l-għajnuna medika. Ftit tal-ħin wara x-xufier tat-Toyota ttieħed l-Isptar Mater Dei , fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għadejjin.
//= $special ?>