Bil-konferma li l-istituzzjonijiet huma maħtufin mill-Gvern, wara t-tweġiba li ppreżentaw fil-Qorti l-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà, l-Avukat Ġenerali Victoria Buttiġieg u l-Avukat tal-Istat Chris Soler, fejn qalu li qed jabdikaw mir-responsabbiltajiet kostituzzjonali tagħhom, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech u d-Deputat Adrian Delia ppreżentaw Replika għall-Kontro-Protest Ġudizzjarju biex minnufih dawn l-individwi jibdew jaqdu l-funzjonijiet tagħhom.
Fir-Replika għall-Kontro-Protest Ġudizzjarju ntqal li, minflok jiddefendu l-interessi tal-poplu Malti u Għawdxi mis-serq ta’ aktar minn €400 miljun, il-Kummissarju tal-Pulizija, l-Avukat Ġenerali u l-Avukat tal-Istat qed jgħidu li bihom u mingħajrhom xorta u li ma jridu jagħmlu xejn għax huma kkontrollati minn Joseph Muscat u Robert Abela.
Il-Partit Nazzjonalista mhux se jħalli aktar lill-Kummissarju tal-Pulizija, lill-Avukat Ġenerali u lill-Avukat tal-Istat jitmexxew bl-ispag minn Joseph Muscat u Robert Abela.
//= $special ?>