Futbol Sport

Draw spettakolari fi Stamford Bridge

Fi Stamford Bridge, f’partita mill-isbaħ Man City u Chelsea temmew fi draw ta’ 4-4. Erling Haaland fetaħ l-iskor permezz ta’ penalty. Chelsea ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Thiago Silva ftit tal-ħin wara. It-tim Mauricio Pochettino marru fil-vantaġġ permezz ta’ Raheem Sterling fis-37 minuta. Manuel Akanji għamilhom 2-2 qabel il-mistrieħ. Erling Haaland reġa poġġa lil City fil-vantaġġ wara l-mistrieħ, b’Chelsea jirrispondu permezz ta’ Nicolas Jackson. Ħames minuti mit-tmiem kien Rodri li skorja dak li deher li kellu jkun il-gowl tar-rebħa għal Man City iżda fil-ħin mogħti żejjed kien Cole Palmer li permezz ta’ penalty għamilhom 4-4.

Liverpool irritornaw għar-rebħ wara d-draw kontra Luton il-ġimgħa li għaddiet meta għelbu lil Brentford 3-0. Mohamed Salad poġġa lil Liverpool fil-vantaġġ fid-39 minuta bl-istess Salah jirdoppja fit-62 minuta. Diogo Jota għamilhom 3-0 fl-74 minuta.

F’partita li offriet ħames gowls, West Ham kisbu rebħa ta’ 3-2 fuq Nottingham Forest. Lucas Paqueta poġġa lil Hammers fil-vantaġġ wara biss tliet minuti. Taiwo Awoniyi ġab l-iskor indaqs għal Forest. Fit-tieni taqsima, Forest momentarjament fil-vantaġġ permezz ta’ Anthony Elanga fit-62 minuta iżda żewġ minuti wara kien Jarrod Bowen li għamilhom 2-2. Il-gowl li ddeċieda l-partita wasal fit-88 minuta permezz ta’ Tomas Soucek.

Aston Villa komplew isaħħu l-ġlieda tagħhom li jtemmu mal-ewwel erba’ hekk kif kisbu rebħa ta’ 3-1 fuq Fulham. Villa fil-vantaġġ wara 27 minuta permezz ta’ awto-gowl ta’ Antonee Robinson. John McGinn rdoppja qabel il-mistrieħ bl-attakkant Ingliż Ollie Watkins jassigura r-rebħa fl-64 minuta. Raul Jimenez fis-70 minuta naqqas l-iskor għal Fulham.

Fl-Amex Stadium, draw ta’ 1-1 bejn Brighton u Sheffield United. Brighton fil-vantaġġ wara biss sitt minuti permezz ta’ Simon Adingra. Brighton sfaw jilagħbu bi player anqas wara li tkeċċa Moahmoud Dahoud fid-69 minuta. Sheffield United ġabu l-iskor indaqs fl-74 minuta permezz ta’ Adam Webster.