Fil-Moto GP, sar il-Grand Prix tal-Malasja fejn f’tellieqa eċitanti kien Enea Bastianini li ħareġ rebbieħ Minkejja dan, Francesco Bagnaia li temm fit-tielet post fetaħ vantaġġ ta’ 14-il punt fil-quċċata tal-klassifika meta fadal 74 punt x’ jintrebaħ biex ikun determinat ir-rebbieħ tal-Moto GP wara li għeleb l-isfida tar-rivali tiegħu għat-titlu Jorge Martin.
Fit-tieni post temm Alex Marquez li wkoll bħal Bastianini kellu tellieqa tajba ferm. Fit-tielet u r-reba’ post temmew Bagnaia u Martin rispettivament. Fil-ħames post temm Fabio Quartararo filwaqt li Marco Bezzecchi daħal fis-sitt post. Franco Morbidelli u Jack Miller daħlu fis-seba’ u t-tmien post filwaqt li t-Taljan Fabio Di Giannantonio daħal fid-disa’ post. Fl-għaxar pożizzjoni temm Luca Marini.
//= $special ?>