Il-Prim Ministru Sunak u l-Kapijiet tal-Pulizija Metropolitana kundannaw bla riservi l-azzjonijiet tas-Sibt mill-gruppi tal-lemin estremisti li konfrontaw lill-gruppi tal- attivisti li kienu qed imexxu dimostrazzjoni favur il-Palestinjani fiċ-ċentru ta’ Londra.
Sunak ikkundanna l-vjolenza mill-membri tal-English Defence League u entitajiet assoċjati magħhom u fejn irriserva wkoll kundanna għall-persuni li jissimpatizzaw mat-terroristi tal-Ħamas li kienu qed jattendu l-Marċ Nazzjonali għall-Palestina.
Ir-rapporti qalu li weġġgħu numru ta’ pulizija u li saru talanqas 130 arrest fl-inħawi tas-Cenotaph.
Fl-istess ħin, il-Pulizija Metropolitana qed tinvestiga numru ta’ hekk-imsejħa ‘hate crimes’ relatati mal-anti-Semitiżmu, b’Rishi Sunak jistqarr li kulmin għen jixpruna l-vjolenza tas-Sibt madwar is-Cenotaph għandu jwieġeb għal għemilu skont il-liġi.
Sunak kompla li l-pajjiż ma jaċċetta qatt sitwazzjoni fejn minoranza ta’ nies vjolenti jtellfu lil ħaddieħor milli jesprimi l-fehmiet tiegħu b’mod paċifiku. Il-Prim Ministru qal li l-estremisti tal-English Defence League, bl-azzjonijiet tagħhom qrib it-Tifkira tal-Gwerra fis-Cenotaph, iddisrispettaw bil-kbir l-unur tal-qawwiet armati tar-Renju Unit
Id-dimostrazzjoni ta’ nhar is-Sibt favur il-Palestinjani – li l-Pulizija ħallietha ssir xorta minkejja l-impatt inevitabbli fuq iċ-ċerimonji ta’ Armistice Day – għaddiet miċ-ċentru ta’ Londra, fejn xi 300,000 persuna għajjtu għal waqfien mill-ġlied fil-Mezza ta’ Gaza.
Sadanittant, illum f’Londra ma saret l-ebda protesta sinifikanti favur il-kawża tal-Palestinjani — madankollu hemm ‘il fuq minn 1,400 uffiċjal tal-pulizija jħarsu s-sigurtà fil-kapitali.
//= $special ?>