“Gvern li tilef kull direzzjoni tat-tmexxija”
“Se nibqgħu nkunu l-vuci tiegħek. Aħna nemmnu li inti tista’ tgħix ħajja aħjar f’pajjizna, konvinti li nistgħu nagħtuk Malta u Għawdex aħjar. Għalhekk kompli saħħaħ il-vuci tagħna u aħna nkomplu nsaħħu lilek.”
Dan qalu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech il-Ħadd filgħodu, waqt li kien qiegħed jiġi intervistat mill-preżentatur Julian Borġ fil-programm Analizi, hekk kif insista li quddiem Gvern li għajja, u Gvern li tilef id-direzzjoni u qed ifalli f’kull settur f’pajjiżna, il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ determinat li jagħti lill-poplu Malti u Għawdxi vuċi u kwalità ta’ ħajja aħjar li verament tixraqlu.
Dwar il-mudell ekonomiku imħaddem minn Gvern Laburista li ġab żieda enormi fil-popolazzjoni, u rema l-kwalità biex mar għall-kwantità u b’hekk rema l-kwalità tal-ħajja u l-kwalità tal-ekonomija tagħna, Bernard Grech insista li irridu mmorru għal mudell ekonomiku differenti – Mudell ekonomiku ta’ eċċellenza ibbażat fuq il-kwalità u mhux il-kwantità.
Intant, il-Kap tal-oppozizzjoi għamel aċċenn għall-fatt li apparti li l-Gvern imexxi minn Robert Abela falla u qed jonqos milli jagħti s-soluzzjonijiet u t-triq il-quddiem għal dan il-pajjiż, l-aħħar żviluppi b’rabta mal-korruzzjoni tal-isptarijiet li rajna fl-aħħar jiem issa wkoll ikkonfermaw il-ħtif tal-istituzzjonijiet.
Dan għaliex l-Avukat Ġenerali, l-Avukat tal-Istat u l-Kummissarju tal-Pulizija rrifjutaw is-sejħa tal-PN li ttieħed azzjoni kontra dawk involuti fil-ftehim tat-tlett sptarijiet; ftehim li l-Qorti tal-Appell ddikjaratu “frawdolenti”.
Quddiem it-tkaxkir tas-saqajn minn naħa ta’ Gvern Laburista u quddiem nuqqas ta’ azzjoni mill-ogħla istituzzjonijiet fil-pajjiż, Bernard Grech insista li l-Partit Nazzjonalista se jkompli bil-ħidma tiegħu sabiex issir ġustizzja mal-poplu Malti u Għawdxi kollu u nġibu lura l-flus li nsterqu minn ħalq uliedna.
//= $special ?>