L-aħħar partita tal-istilla Amerikana tal-futbol tan-nisa Megan Rapinoe, ntemmet ħesrem wara li wara biss tliet minuti kellha injury fl-achilles u kellha toħroġ mill-pitch. Ir-rebbieħa ta’ żewġ Tazzi tad-Dinja, li għandha 38 sena kien qed tillgħab għal OL Reign kontra NJ/NY Gotham FC.
F’kummenti wara l-partita, Rapinoe qalet li kienet diffiċli għaliha li tħalli l-pitch b’injury propju fl-aħħar partita tal-karriera tagħha. Rapinoe ħabbret li kienet se tiritra f’Lulju li għadda. Fl-2019 hi rebħet ukoll l-Ballon d’Or. Matul il-karriera tagħha, Rapinoe lagħbet erba’ Tazzi tad-Dinja mal-Istati Uniti fejn fl-aħħar edizzjoni, kienu eliminati mill-Iżvezja fir-rawnd tal-aħħar 16, bil-karriera tagħha tintemm f’Settembru f’partita ta’ ħbiberija kontra l-Afrika t’Isfel.
Rapinoe ddebuttat mal-Istati Uniti fl-2006 u lagħbet 203 partita fejn skorjat 63 gowl u rebħet it-Tazza tad-Dinja fl-2015 u l-2019 kif ukoll il-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi tal-2012.
//= $special ?>