Illum fil-5.15 pm fuq Net Television jixxandar il-ħames programm SPORT EXTRA bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli.
Fl-ewwel parti tal-programm intervista mal-għawwiem żagħżugħ ta’ tnax-il sena LIAM DALY li dan l-aħħar qasam bejn Malta u Għawdex ir-rotta ta’ 11 il-kilometru fi 3 sigħat u 54 minuta.
It-tieni parti hija dedikata għal Karate u s-successi miksuba dan l-aħħar b’mod partikolari ir-rebħ tral-midalja tad-deheb minn THYIS ANTONELLI fl-International Schools Federation Games li saru f’Rio fil-Brażil. Mistiedna wkoll AMY CUNNINGHAM , JESSICA VELLA, JENNA AWAR li kellhom success fil-Logħob tal-Istati Żgħar tal-Ewropa li saru fil-Lussemburgu. Intervistati wkoll il-kowcis tal-Malta Karate Federation JOSEPH MIZZI u JOSEF ANTONELLI kif wloll il-judge internazzjonali SUSAN SCIORTINO.
Sport Extra għandu preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli filwaqt li l-assistenta tal-produzzjoni hija għal darb’oħra Samira Cachia Spiteri u filmati minn Keith Mizzi
//= $special ?>