Matul il-jum tal-Ħadd kompliet tintlagħab it-Tazza tad-Dinja ta’ taħt is-17-il sena fejn kienu Franza, l-Veneżwela, l-Ġermanja u l-Istati Uniti li kisbu l-ewwel rebħiet tagħhom
Franza kisbu rebħa ta’ 3-0 fuq il-Burkina Faso bil-gowls ikunu skorjati minn Mathis Lambourde, Joan Tincres u Tidiam Gomis.
Bl-istess skor, il-Veneżwela għelbu lil New Zealand. Għall-Veneżwela skorjaw David Martinez u doppjetta ta’ Leenhan Romero.
Il-Ġermanja kisbu rebħa ta’ 3-1 fuq il-Messiku. Noah Darvich fetaħ l-iskor filwaqt li Max Moerstedt għamilhom 2-0. Eric de Silva għamel l-iskor 3-0 filwaqt li Tahiel Jimenez għamel l-iskor finali 3-1.
L-Istati Uniti wkoll rebħu 3-1 kontra l-Korea t’Isfel. Nimfasha Berchima skorja għall-Amerikani wara seba’ minuti bil-Korejani jġibu l-iskor indaqs minn Myung-Jun Kim. L-Istati Uniti skorjaw darbtejn oħra permezz ta’ Cruz Medina u Nimfasha Berchimas.
It-Tazza tad-Dinja tkompli għada b’dawn il-partiti: Spanja v Mali 10.00am, Marokk v Ekwador 10.00am, Uzbekistan v Kanada 1.00pm, Indoneżja v Panama 1.00pm
//= $special ?>