Lokali

Żewġ membri tal-PN jingħataw premju fl-okkażjoni tat-30 sena tal-Gvern Lokali

Charles Bonello, il-President tal-Kullegg Kunsilliera tal-PN u Paul Buttigieg, membru fl-Amministrattiv tal-PN ingħataw rikonoxximent nazzjonali għal karigi li okkupaw fi ħdan il-Kunsilli rispettivi tagħhom.

Charles Bonello ilu kunsillier fi ħdan il-Kunsill tal-Fgura għal dawn l-aħħar 26 sena. Hu kkontesta għal ewwel darba fl-1997, u kkontesta kull elezzjoni tal-Kunsilli, filwaqt li ser jerġa jikkontesta l-elezzjoni tal-Kunsilli tal-2024.

Charles Bonello

Paul Buttgieg ifforma parti mill-Kunsill tal-Qala għal aktar minn 25 sena, u okkupa l-karigi ta’ kunsillier, kif ukoll Sindku.

Paul Buttigieg