BirdLife Malta kkundannat d-deċiżjoni li jitneħħew is-siġar li jinsabu fil-ġenb tal-knisja fil-Pjazza tal-Mosta. Dan hekk kif it-Tnejn filgħodu beda t-tqaċċit ta’ dawn is-siġar mill-Kunsill Lokali bil-barka tal-ERA.
BirdLife qed titlob lill-awtoriatjiet biex iwaqqfu dan ix-xogħol b’mod immedjat. Dan hekk kif f’dan iż-żmien tas-sena, eluf ta’ Zakak Abjad, Sturnell u Għasar tal-Bejt isibu kemm f’dawn is-siġar matul il-lejl.
Intant BirdLife Malta kkundannat l-qtil li sar ilbieraħ ta’ fjammingu protett f’Qalet Marku. Dan filwaqt li tenniet li il-kaċċa ta’ qtil illegali ta’ għasafar protett huwa tort u reponsabbiltà tal-Prim Ministru Robert Abela u tal-Ministru Clint Camilleri.
F’post fuq il-media soċjali, BirdLife faħħret lill-membri tal-pubbliku inġenerali li ċemplu lill-Pulizija hekk kif raw il-fjammingu jiġi sparat u ħadu wkoll id-dettalji kollha meħtieġa biex jassistu lill-Pulizija. Dan filwaqt li rringrazzjaw lil dawn il-membri tal-pubbliku kif ukoll lill-Pulizija u jittamaw li dan jista’ jservi ta’ eżempju għal dawk kollha li huma kontra atti barbari bħal dawn.
//= $special ?>