Sport Sport Ieħor

Darts: Birżebbuġa Lions iżommu l-ewwel post

It-tim promoss Birżebbuġa Lions kompla bil-mument pożittiv meta qed jaqsam l-ewwel post fil-klassifika tal-kampjonat 8-a-side tal-Malta Darts Association wara draw ta’ 4-4 kontra Floriana Ajax MCP.

Kienet logħba ferm bilanċjata minkejja li Birżebbugia fetħu vantaġġ ta’ tliet punti bi Floriana jwettqu reazzjoni u saħansitra rnexxielhom jiksbu d-draw wara li rebħu l-aħħar żewġ games.

F’logħba oħra ferm mistennija, iċ-champions Tim A Floriana Premier Car spiċċaw bl-istess skor ta’ 4-4 kontra Tim A Ħamrun Bayern.

F’partita ferm ibbilanċjata wara li Ħamrun Bayern fetħu vantaġġ ta’ żewġ punti, Floriana kienu pronti għamlu l-iskor indaqs sabiex ir-riżultat baqa’ jalterna biż-żewġ naħat li fl-aħħar mill-aħħar kuntenti bid-draw.

Tim A Sliema Club Lounge u Żejtun Laċċi Gold Lady Jewellers kisbu tliet punti importanti wara li għelbu lil PO’s Bar (5-3) u Tim B Ħamrun Bayern (7-1) rispettivament.