Fil-partita prinċipali, draw ta’ 0-0 bejn Lazio u Roma. Bil-partita tkun nieqsa xi ftit mill-azzjonijiet perikolużi l-partita kienet ikkumattuta f’nofs il-grawnd bl-istess konfront ikun imtappan bi ġlied qabel il-partita bejn il-partitarji.
Inter komplew isaħħu posthon f’ras il-klassifika b’rebħa ta’ 2-0 fuq Frosinone. Federico de Marco poġġa lil Inter fil-vantaġġ b’ Cahan Calhanoglu jagħmilhom 2-0 fit-tieni taqsima.
Napoli sofrew telfa mhux mistennija u b’hekk ikomplu jitbiegħdu minn naħa ta’ fuq tal-klassifika meta kienu megħluba bl-iskor ta’ 1-0 minn Empoli. Napoli fil-vantaġġ fit-28 minuta permezz ta’ Giovanni Simeone bil-gowl ikun imħassar permezz tal-VAR. Il-gowl li ddeċieda l-partita wasal fl-aħħar ħinijiet tal-partita meta kien Viktor Kovalenko li kkunkluda wara Gollini. Intant wara din it-telfa, Napoli jinsabu viċin li jkeċċu lill-kowċ Rudi Garcia.
Udinese u Atalanta temmew fi draw ta’ 1-1. Udinese b’ċans li jmorru fil-vantaġġ kmieni fil-partita iżda Isaac Success naqas milli jiskorja minn penalty. Udinese iżda marru fil-vantaġġ fl-44 minuta permezz ta’ Walace. Atalanta ġabu l-iskor indaqs fl-aħħar ħinijiet permezz ta’ Ederson.
Fiorentina għelbu lil Bologna 2-1. Giacomo Bonventura kompla bil-forma mill-aqwa tiegħu u għamilhom 1-0 wara 17-il minuta. Joshua Zirkzee ġab l-iskor indaqs għal Bologna fit-33 minuta. Bologna kellhom gowl ta’ Riccardo Orsolini mħassar permezz tal-VAR ftit qabel il-mistrieħ biex Nicolas Gonzalez għamilhom 2-1 favur il-Viola fit-48 minuta permezz ta’ penalty.
//= $special ?>