L-attakkant tat-tim Nazzjonali Malti tan-nisa, Haley Bugeja skorjat l-ewwel gowl tagħha ma’ Inter.
Bugeja skorjat it-tieni gowl fir-rebħa li Inter kisbu fuq Pomigliano bl-iskor ta’ 2-1.
Gowl li kkonferma l-potenzjal ta’ Haley Bugeja li mat-tim nazzjonli Malti fil-UEFA Nations League skorjat xejn anqas minn tmien gowls.
Kienu Pomigliano li marru fil-vantaġġ fil-21 minuta b’Inter jiksbu l-gowl tad-draw fil-35 minuta permezz ta’ Henrietta Csiszar sabiex il-gowl tar-rebħa wasal minn Haley Bugeja żewġ minuti wara.
Il-gowl skorjat ma’ Inter kien ukoll is-16-il gowl tagħha fis-Serie A wara li ma’ Sassuolo skorjat 15-il gowl.
B’kollox fis-Serie A, Bugeja lagħbet 27 partita.
Immexxija minn Rita Guarino, Inter jinsabu fir-raba’ post fis-Serie A femminile flimkien ma’ Como bi 13-il punt. Fl-ewwel post hemm Roma b’21 punt segwiti minn Juventus bi 18 u Fiorentina b’16-il punt.