Justin Schembri, PN
Id-deputat Nazzjonalista Justin Schembri sostna fil-parlament li minkejja s-slogan ‘Malta Ġusta’ li l-gvern għażel għal dan il-budget, il-gvern mhux ikun ġust għall-edukaturi u mal-istudenti nnfushom.
Id-deputat Nazzjonalista Justin Schembri qal li Malta mhix ġusta mal-edukazzjoni għaliex dan kien budget nieqes mill-aspetattiva, ma jagħtix s-soluzzjonijiet, mhux inklussiv u mhux pożittiv. Hu qal li hawn ħtieġa avvanzata għal mudell avvanzat u progress fl-edukazzjoni fejn l-istudenti jikkreaw.
Is-sistema edukattiva mhix tilħaq il-livelli mistenijja għaliex l-istudenti mhux itejbu l-prestazzjonijiet akkamediċi jew performattivi tagħhom.
Mill-aħħar eżamijiet tas-sekondarja jirriżulta li, s-sena li għaddiet, 23% tal-istudenti ma kisbux livelli fl-Ingliż, 30% m’għaddewx Malti u 41% m’għaddewx mil-matematika. Dan jikkonferma li tfal ta’ 11-il sena qed inaqqsu mill-prestazzjonijiet tagħhom.
Minkejja li l-allokazzjoni finanzjarja hi konsiderevoli, l-impenn fil-livell politiku u fil-miżuri tal-budget huma limitat għal il-gvern se jkompli jibni fuq promessi u stunts politiċi li donnhom jirredikolaw lill-professjoni.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem fuq l-enfasi meħtieġa fuq l-edukaturi u l-problema ta’ nuqqas ta’ għalliema u qal li l-gvern mhux qed jindirizza din il-problema. Il-gvern m’għandux ir-rieda u l-volontà li jtejjeb il-paga u l-kundizzjonijiet tal-għalliema, kif kien wiegħed Robert Abela.
Malta mhix ġusta għall-għalliema għaliex kieku l-pajjiż ma jinsabx fi kriżi mal-union tal-għalliema dwar il-pagi u l-kundizzjonjet tal-istess għalliema. Dan meta kien il-ministru stess li qal li iż-żieda mitluba minnhom mhix sinifikanti. Dan hu insult għall-għalliema.
Id-deputat Nazzjonalista qal li ż-żieda mitluba hi redikola kif qal l-istess Ministru tal-Edukazzjoni u kompla li jekk din iż-żieda hi redikola allura l-gvern għandu jsolvi din il-problema qabel isir l-istrajk. Hu semma’ d-direttivi li qed jolqtu l-iskejjel kollha u qal li dawn qed isiru propju minħabba l-pakkett finanzjarju. Għalhekk hu evidenti li l-gvern qed jixxaħħaħ mal-għalliema.
Malta mhix ġusta mal-istudenti għaliex hemm ġenituri f’Raħal Ġdid li kellhom jagħmlu petizzjoni minħabba l-kundizzjoni tal-iskola fejn imorru wliedhom. Malta ġusta ma tfissirx li jkun hawn skejjel li għandhom problemi ta’ mobilità fosthom lift li jdum biex jissewwa perjodu twil.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li Malta mhix ġusta għaliex l-istudenti tal-iskola performattiva qed jitkarbu biex l-istudios taż-żfin adegwati u biex ikollhom is-sala ewlenija disponibbli.
Justin Schembri qal li hawn studenti li għadhom bla laptops li kienu mwiegħda u hawn eluf ta’ studenti li suppost kelhom l-internet b’xejn sa €300 iżda din il-wiegħda ma twettqitx. Id-deputat Nazzjonalista kompla li ż-żieda fl-istipendji hi ta’ ftit ċenteżmi kuljum. Jeżistu wkoll problemi għall-istudenti li jagħżlu rotta alternattiv.
Hu qal li studenti b’diżabbiltà jridu jistennew xhur sħaħ u snin biex jieħdu l-edukazzjoni li għandhom bżonn. Jeżisti wkoll nuqqasijiet kbar b’nuqqas ta’ tagħmir inklussiv, sostna Justin Schembri, li kompla li hawn studenti li joħorġu mill-iskola bla ħilitiet bażiċi fl-informatika, fil-kreattività, fil-komunikazzjoni u bla ma jafu jaqraw u jiktbu. Dan minkejja li hawn 11% tal-istudenti li joħorġu kmieni mill-iskola, persentaġġ li qed jonqos.
Justin Schembri kompla li hu inaċċettabbli li ġenituri jittallbu li wliedhom jagħmlu l-apprentistat fl-MCAT għaliex is-sinerġija bejn l-impjiegi u l-edukazzjoni mhix titwettaq biżżejjed. Hu kompla li hemm problemi bi studenti li jitkellmu b’lingwi differenti u allura l-għalliema jridu jipprovaw jgħallmu iżda jkun hemm diffikultajiet kbar. It-tfal Maltin huma superati mill-barranin u jridu bilfors jikkomunikaw l-Ingliż. Hawn 14% tal-istudenti fl-iskejjel tal-Istat li huma barranin.
Hu qal li din is-sitwazzjoni qed toħloq inġustizzja mal-istudenti Maltin iżda l-gvern qed ikompli jkabbar il-kalssijiet. L-iffullar mhux biss fil-klassijiet iżda anki fi Skola Sajf u servizzi oħra. Hawn jeħtieġ li jkun hemm ristrutturar.
Id-deputat Nazzjonalista qal li fi Skola Sajf l-għalliema jitħallsu bil-prekarjat. Malta mhix ġusta mal-istudenti għax hemm studenti fi skejjel rinovati u oħrajn li se jaqgħu. Hu qal li l-iskejjel tar-Rabat, tan-Nadur u ta’ Ħal Għaxaq huma biss rinovati u ma jistgħux jissejħu ġodda. Hu wera t-tama li l-iskola tal-Imsida titlesta wara snin twal li ilha biex titlesta.
Justin Schembri qal li gvern Nazzjonalista sal-2013 kien jibni skola ġdida kull sena u kompla li l-manutenzjoni fl-iskejjel tinsab lura ħafna. Hu appella biex l-iskola primarja f’Birkirkara tkun irranġata.
Id-deputat Nazzjonalista qal li gvern Nazzonalista jibni pajjiż sod fl-ekonomija fuq is-suċċess fl-ekonomija. Huma biss 15% tal-edukaturi jemmnu li l-professjoni mhix rispettata.
Għandhom jissaħħu l-korsijiet li jwasslu għal din il-professjoni. L-istipendji għall-istudenti li jridu jsiru għalliema għandhom jiżdiedu b’25% , kif ippropona l-PN. Hu appella biex investiment meħtieġ fl-università u jissaħħaħ il-pluraliżmu fis-settur.
Justin Schembri qal li l-MCAST m’għandhiex tibqa’ inferjuri għall-università għaliex fil-fatt hemm diskrepanzi kbar bejn dawn iż-żewġ istituzzjonjiet.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem fuq l-importanza tal-isport fl-iskejjel u l-importanza ta’ kampanja kontra l-bullying fl-iskejjel. L-edukazzjoni għandha ssaħħaħ it-talenti tal-istudenti Maltin waqt li kulħadd ikun inkluż biex it-tfal kollha jitgħallmu.