It-Tnejn il-Partit Nazzjonalista iltaqa’ ma’ diversi professjonisti fil-qasam tas-saħħa li ta’ kuljum imissu mal-problema tad-dijabete, kif ukoll mal-membri tal-Assoċjazzjoni Maltija tad-Dijabete sabiex jiġu diskussi l-isfidi li ġġib magħha din il-kundizzjoni – bil-għan li l-kundizzjonijiet ta’ dawk li jbatu minn din il-marda jitjiebu u jitqajjem aktar għarfien fost il-familji Maltin dwar id-dijabete.
Għal din il-laqgħa kien hemm preżenti il-Kap tal-PN Bernard Grech, id-deputat tal-PN u Kelliema fil-ġlieda kontra d-dijabete Claudette Buttigieg, kif ukoll bosta deputati oħra tal-PN fosthom David Agius, Ian Vassallo Hagi u Paula Mifsud Bonnici.
Minn naħa tagħhom, diversi professjonisti fil-qasam saħqu li hemm bżonn titieħed azzjoni b’mod immedjat ħalli il-poplu Malti u Għawdxi jingħata s-servizz li verament jixraqlu.
F’pajjizna huwa stmat li hawn aktar bejn 10% u 13% tal-populazzjoni li jbatu kundizzjoni tad-dijabete, magħrufa bħala ‘Silent Killer’.
Id-dijabete hija kundizzjoni kronika, li meta tiġi traskurata tikkawża ħafna komplikazzjonijiet, diżabilità u saħansitra mwiet. Hawn ħafna oħrajn li għandhom id-dijabete u li għadhom ma jafux li għandhom din il-kundizzjoni.
Fost in-nies li jbatu minn din il-kundizzjoni insibu numru ta’ tfal li ta’ kuljum ikollhom jittaqbu mal-erba’ darbiet biex jieħdu l-insulina kawża tal-kundizzjoni tad-dijabete.
Intant sabiex din il-kundizzjoni tad-dijabete tiġi indirizzata immedjatament, u bħala inizzjattiva ta’ għarfien, fl-14 ta’ Novembru bejn il-5pm u is-7.30pm ser ikunu qegħdin isiru testijiet tad-demm u tas-saqajn fid-Dar Centrali għal kulħadd. B’hekk titjieb il-kwalita’ tal-ħajja tan-nies.
//= $special ?>