Stanley Zammit, PN
Id-deputat Nazzjonalista Stanley Zammit sostna fil-parlament li nistgħu nżidu it-tkabbir ekonomiku u nnaqsu id-dipendenza tal-pajjiż fuq iż-żieda tal-popolazzjoni permezz ta’ ekonomija b’saħħitha bbażata fuq il-kultura ta’ innovazzjoni imsejsa fuq ricerka u s-sostenibbiltà.
Il-Partit Nazzjonalista iqis l-innovazzjoni bħala aspett kulturali li twassalna biex inkunu pro-attivi. Matul dawn l-aħħar 10 snin il-gvern naqas milli jinstiga din il-kultura u għalhekk l-investimenti f’dan il-qasam huma ħafna anqas effettivi u effiċjenti milli potenzjalment jistgħu jkunu kif juru r-riżultati.
Il-mudell ekonomiku tal-gvern, ibbażat fuq il-kwantità, tefa’ ir-riċerka u l-innovazzjoni fil-ġenb tant illi l-gvern għadu lanqas wasal sa nofs il-mira tiegħu stress fil-manifest elettorali, dik ta’ 2% tal-Prodott Gross Domestiku and jekk din hija diġà aktar baxxa mill-investiment fuq livell Ewropew.
Id-deputat Nazzjonalista qal l-gvern qed rega’ ixxaħħaħ ma dan il-qasam. Il-gvern ma jarax il-ħtieġa li l-innovazzjoni u r-riċerka ikunu integrati f’eko-sistema waħda u parti intrinsika mill-magna ekonomika. Mhu qed jagħmel xejn biex pajjiżna ikollu infrastruttura nazzjonali robusta li tinkludi ukoll il-fażijiet u l-fergħat kollha tas-sistema edukattiva biex il-kultura ta’ innovazzjoni titrawwem minn kmieni u matul l-iżvilupp.
Kien il-Partit Nazzjonalista li insista illi ninkludu l-volontarjat fl-objettivi tal-funzjoni tal-MCAST, propju għaliex nemmnu li dan il-qasam, li diġà huwa innovattiv ħafna, għandu ikun parti integrali minn din l-eko-sistema.
Ir-riċerka trid tibda titqies bhala karriera, b’career path car, b’inċentivi kontinwi u konsistenti. Il-gvern għandu verament jistma lill-letturi u lir-ricerkaturi anke b’revizjoni xierqa tas-salarji illi tirrifletti l-importanza tagħhom fis-sistema ekonomika ta’ pajjizna.
Hu rringrazzja lill-ħaddiema kollha tal-MCST li flimkien mal-beneficcjarji prospettivi jfittxu dak li huwa l-aktar addattat u dak illi jista’ jwassal lil dak li jkun li jidhol f’ċiklu ta’ ricerka u innovazzjoni u allura l-investiment jrendi izjed.
Il-Gvern irid ikun ikollu ħafna aktar ħeġġa, qal Stanley Zammit, li kompla li fl-2021 sar investiment nazzjonali ta’ €99.9 miljun li 64% minnhom mill-privat, 34% minnhom minn istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni ogħla u 2% biss direttament mill-gvern.
L-apatija tal-Gvern toħroġ ċara ukoll mill-indici tal-European Innovation Scoreboard b’84% tal-medja tal-EU. Jirirżulta li l-iscore tan-nefqa fis-settur pubbliku fl-R&D naqas b’21 punt mill-2015 ‘l hawn, dak tas-sapport tal-gvern fl-R&D lin-negozji naqas b’20.3 punti bejn l-2021 u l-2022. Dan filwaqt li l-iscore għan-nefqa fl-innovazzjoni għal kull haddiem naqas b’1.7 punti u l-iscore tal-ħaddiema f’intrapriżi innovattivi naqas b’31.5 punti mill-2021 għall-2022.
Il-pajjiż huwa anqas produttiv għaliex huwa anqas innovattiv. Il-produttività tal-pajjiż hija dejjem madwar 5 punti anqas minn dik Ewropea. Nistgħu nibbenefikaw minn ħafna izjed fondi specjalment Ewropej kieku il-gvern ikollu aktar aptit u ħeġġa, ikun ta’ eżempju u jibda jinstiga il-kultura ta’ innovazzjoni f’daru stess.
Il-kwalità fis-servizzi pubblici tista’ tkun ħafna ogħla jekk dawn japplikaw kunċetti innovattivi anke permezz ta’ fondi speċifiċi għaċ-Ċivil.
L-investimenti fir-riċerka u l-innovazzjoni jistgħu ikunu aktar effettivi u effiċjenti li kieku dawn ma jkunux skemi sparpaljati u spezzati.