Lokali

Jiżdiedu l-passiġġieri li waslu pajjiżna permezz tal-cruiseliners

Fit-tielet kwart ta’ din is-sena, l-għadd sħiħ taʼ passiġġieri li waslu pajjiżna bi cruiseliners kien taʼ ftit iktar minn 348,000 – żieda taʼ 55.8 fil-mija meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

Fl-istess perjordu, żaru Malta 108 cruiseliners, żieda ta’ 11 meta mqabblin ma’ sena ilu.

L-Italja u l-Ġermanja baqgħu żewġ iswieq ewlenin għal pajjiżna fit-tielet kwart tal-2023.

L-akbar numru taʼ passiġġieri, jew 36.9 fil-mija, kienu jagħmlu parti mill-grupp taʼ età taʼ bejn l-40 u d-59 sena.

Il-passiġġieri li għaddew minn Malta sabiex komplew il-vjaġġ tagħhom lejn xi mkien ieħor kienu jammontaw għall-maġġoranza assoluta tat-traffiku kollu.

Il-passiġġieri mill-Istati Membri tal-UE kienu jgħoddu 59.6 fil-mija tat-traffiku totali, bis-suq ewelieni jkun dak Taljan. L-għadd sħiħ ta’ passiġġieri minn pajjiżi mhux tal-UE laħaq ftit iktar minn 140,000, li minnhom 40.7 fil-mija kienu ġejjin mir-Renju Unit.