Janice Chetcuti, PN
Id-deputati Nazzjonalista Janice Chetcuti qalet fil-parlament li l-ambjent jeħtieġ investiment għax il-pajjiż qed jitlef il-karattru tiegħu bi gvern bla pjan.
Janice Chetcuti qalet li l-ambjent qed jiddeterjora u jeffettwa lill-poplu kollu; is-siġar huma problema kbira għaliex donnu l-gvern irid jeqred kull tip ta’ siġar fit-toroq. Qed isir sfreġju ambjentali fil-Mosta fejn siġar proettati li ilhom hemm iktar minn 50 sena ġew maqlugħa.
Dan bil-permess mill-ERA li għandha r-rwol li tissagvalgwardja l-ambjent. Dawn huma siġar partikolari li kienu jagħtu nifs isbaħ u kenn għal eluf ta’ għasafar, fosthom għasafar protetti. Id-deputat Nazzjonalista kompliet li hawn battalja kontinwa kontra s-siġar fil-pajjiż.
Hi qalet li l-gvern wiegħed €700 miljun fi spazji ġodda u sostniet li l-Park Nazzjonali f’Ta Qali għadu mhux finalizzat, kif qed isir fi proġetti oħra. Qed jintilef ħafna żmien tant li l-poplu qed isib spazju fejn jista’ jieħu nifs ‘l bogħod mit-traffiku u mit-geġwiġija li l-poplu qed jgħix fiha. Hi kkritikat il-ħsarat li qed isiru f’Għar Lapsi u f”Il-Ballut’ f’Marsaxlokk. Dwar Triq Sant’ Anna fil-Floriana m’hemm xejn għax għadhom qed isiru studji fuq studji.
Id-deputat Nazzjonalista kompliet li mhux tingħata attenzjoni għat-tindif tal-widien u semmiet Wied Blandun li ilu snin twal abbandunat. Aspett pożittiv kien il-bidu tal-identifikazzjoni żoni għall-aċċess għall-pubbliku għal żoni pubbliċi eżistenti.
Janice Chetcuti semmiet Spencer Gardens u qalet li anki hawn ix-xogħlijiet għadhom mhux konklużi. L-istess sitwazzjoni fil-Park tal-Inwadar, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li semmiet il-kwalità tal-baħar fil-madwar ta’ dan il-park. Jirriżulta li hemm ħmieġ f’dan il-baħar.
Janice Chetcuti kompliet li fil-madwar hemm l-impjant tat-trattament tad-drenaġġ u qalet li ftit ilu kien hemm problemi relatati ma’ dan l-impjant. Hi sostniet li problema oħra hi l-iskart u l-immaniġġar tiegħu. Anki l-mod kif qed jinġabar l-iskart qed iżid il-problema. Kif jista’ l-gvern jikkunsidra uniformità bejn il-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex?
Il-metodu wżat mhux iħalli l-effetti mixtieqa b’sitwazzjonijiet diffiċli ta’ iktar skart. Il-kunsilli lokali xorta għandhom l-obbligi li l-lokalitajiet jinżammu nodfa iżda l-kunsilli m’għandhom l-ebda kontroll fuq is-sitwazzjoni għax tneħħewlhom il-poteri.
Id-deputat Nazzjonalista semmiet il-problema tat-tkabbir tal-popolazzjoni u qalet li din qed tikkawża diffikultajiet u sfidi. Hi semmiet il-Faċilità ta’ Ħal Far b’investiment ta’ €20 miljun u qalet li wara perjodu qasir kien hemm problemi kbar tant li l-materjal reġa’ beda jittieħed f’Marsascala. X’qed ikunu l-effetti tal-popolazzjoni li dejjem tikber fuq l-immaniġġjar tal-iskart?
Janice Chetcuti qalet li l-budget kellu nuqqas ta’ finanzi għax-xiri ta’ vetturi li jaħdmu bl-elettriku meta kienu ivvutat għexieren ta’ elfu ta’ ewros.
Dwar id-drittijiet solari, id-deputat Nazzjonalista qalet li jidher li l-gvern m’għandux viżjoni jew pjan dwar dan. Jeħtieġ li dawn id-drittijiet jiddaħħlu b’mod immedjat. Il-gvern m’għandux pjan dwar il-problema ta’ ħsejjes kbar u storbju waqt li l-gvern fuq jagħti importanza għar-rabta bejn l-ambjent u l-kwalità tal-ħajja.
Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-gvern qed jagħmel ftit wisq fi spazji miftuħa fil-lokalitajiet u sostniet li anki quddiem il-problema tal-obeżità l-gvern m’għandux pjan għall-eżerċizzju pubbliku. Il-gvern kien wiegħed ukoll li jixtri żoni privati biex isiru spazji pubbliċi.
In-nuqqas ta’ infruzar mill-Awtorità tal-Ippjanar qed jikkaġuna impatti negattivi fuq l-ambjent fosthom bid-deċiżjoni li jinbnew appartamenti madwar 200 metru bogħod mit-tempji tal-Ġgantija f’Għawdex.