L-Islanda ddikjarat stat ta’ emerġenza wara sensiela ta’ terremoti. L-awtoritajiet ordnaw eluf ta’ nies li jgħixu fil-belt ta’ Grindavik biex jitilqu bħala prekawzjoni.
L-Uffiċċju Meteoroloġiku Iżlandiż qal li kien hemm riskju konsiderevoli li l-vulkan li jinsab fil-viċinanzi tal-belt, jisbroffa fi kwalunkwe ħin fil-jiem li ġejjin.
It-toroq kollha fil-belt ta’ madwar 4,000 ruħ huma magħluqa ħlief għal emerġenzi, biex jiġi żgurat li t-traffiku jkun jista’ jidħol u joħroġ.
Eluf ta’ tgħeżżiżiet ġew irreġistrati madwar il-vulkan fl-aħħar ġimgħat.
L-Islanda hija waħda mill-aktar reġjuni ġeoloġikament attivi fid-dinja, b’madwar 30 vulkan attiv.
//= $special ?>