Carl Sant ta’ 31 sena mill-Mosta gie mixli li spara u qatel fjammingu, li hija tajra protetta. Il-pulizija qalet li daħal rapport minn persuni li kienu fuq il-post u raw allegat qtil tat-tajra jseħħ għall-ħabta tad-9am. Fuq il-post ingħad lill-Qorti li giet mgħotija filmati mill-istess xhieda li għamlu r-rapport fejn jidher l-akkuzat jispara, jiġbor l-istess flamingu u jitlaq minn fuq il-post bil-karozza tiegħu fl-akkwati ta’ Qalet Marku, limiti tan-Naxxar.
Sant wiegeb mhux hati ghal-akkużi migjuba kontrih bil-prosekuzzjoni toggezjona għal helsien mill-arrest minħabba n-natura tar-reat u argumentat li l-ispeci maqtula hi protetta mhux f’pajjiżna biss. Id-difiża qalet li fil-filmati mgħotija lil pulzija jidher biss il-fjammingu jtir u l-ebda sparatura seħħ minn naħa tal-akkużat.
L-Avukati Franco Debono u Alex Miruzzi argumentaw li l-filmati mgħotija l-imputat ma jidhirx jispara lit-tajra, filwaqt li saħqet li jehtieg process ta’ identifikazzjoni qabel ma jitressaq persuna fuq reat. Il-Qorti preseduta mill-Magistrat Marsanne Farrugia laqgħet it-talba ghal helsien mill-arrest fuq diversi kundizjonjiet fosthom li jiffirma darbtejn fl-ghassa tal-Mosta.
Dan wara li l-Qorti staqsiet jekk kienx hemm xi ħadd li lest li jagħmilha ta’ terza garanti, fejn fil-fatt kien hemm membru tal-familja tiegħu. Il-Qorti hawn qalet li f’kaz li Sant jikser l-istess kundizzjonijiet, il-qarib tieghu jkun mitlub jaghmel tajjeb ghalih u jħallas is-somma ta’ 10,000 ewro. Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Elliot Magro.