Żagħżugħ ta’ 19-il sena mingħajr indirizz fiss ġie kundannat sentejn ħabs talli kiser numru ta’ ordnijiet mogħtija minn żewġ Maġistrati f’każijiet separati. B’kollox huwa tilef is-somma ta’ €13,000 fuq depożitu li kien għamel li jinkludu garanziji personali li ġew imposti fuqu. Ordni oħra li kiser hija li ma obdiex curfew mogħti lilu wara li nqabad fil-pjazza ta’ Buġibba wara s-siegħa ta’ filgħodu, meta suppost kien id-dar.
Maġistrat minnhom kienet ordnat lil Marcellino Mamo biex jirtira d-dar sat-8pm. u ordnat ma joħroġx qabel is-7am u Qorti oħra wkoll ordnat curfew fil-konfront tiegħu. Rapport li daħal għand il-Pulizija kienet jgħid li Mamo kif fil-pjazza ta’ Buġibba b’sikkina f’idu jisfida n-nies għall-ġlied, liema sikkina qatt ma nstabet..
Marcellino Mamo instab ħati mill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace. Is-Surġent Charlon Borg, stazzjonat l-Għassa tal-Qawra, xehed li fit-12 ta’ Settembru għall-ħabta tas-1.15am. il-Pulizija rċeviet telefonata li fil-Pjazza ta
Buġibba kien hemm persuna bi flokk ahmar li kien qed jistieden in-nies għall-glied u fejn ukoll kellu xi sikkina f`idejh.
Is-Surġent Borg qal li flimkien mal-kollegi tiegħu mar fuq il-post sabiex jiċċekkjaw izda ma sabu xejn u minn hemm daru ftit l-inħawi forsi jilmhuh. Waqt il-patrol li kienu qed jagħmlu reġgħu ċemplu in-nies li qalulhom li reġgħu raw lil din il-persuna.
Ftit wara din il-persuna ntlemħet, u li kienet tixbah l-istess deskrizzjoni li kienu taw in-nies. Kif Mamo raha lill-Pulizija telaq jigri. Ix-xhud qal li ġrew warajh u ftit wara qabduh. Din il-persuna ġiet indentifikata bħala Marcellino Mamo.
L-imputat ġie identifikat peress li hu stess taha ismu u kunjomu wara mistoqsi. Borg xehed ukoll li kellu ukoll ħjiel ta’ min hu peress li kien jiffirma l-Għassa u hu u sħabu għarfuh. Mill-provi ħareġ li l-imputat għadu għaddej minn żewg proċeduri ta’ natura kriminali u quddiem żewġt qrati diversament preseduti u kien ingħata l-benefiċċju għall-ħelsien mill-arrest f’żewġ okkazzjonijiet.
Dan permezz ta’ digriet mogħti fit-12 ta’ Marzu 2020 mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech fejn l-imputat kellu l-kundizzjoni li jirtira ġewwa d-dar mhux iżjed tard mis-8:00 pm u ma joħroġx qabel is-6:00 am tal-għada filgħodu u kien marbut b’ garanzija personali ta’ €2,000.
Digriet ieħor datat 4 ta’ Novembru, 2022 mogħti mill-Maġistrat Astrid May Grima fejn fost kundizzjonijiet oħra kellu li jirtira ġewwa d-dar fejn joqgħod mhux aktar tard mill-10:00 pm u ma joħroġx minn hemm qabel is-7:00 am.
L-imputat għamel tajjeb għal dan il-benefiċċu tal-ħelsien mill-arrest billi ddepożita s-somma ta’ €1,000 u garanzija personali oħra ta’ €10,000. Il-Qorti qalet li jirriżulta mingħajr dubju li l-imputat kiser il-kundizzjonijiet imposti minnu mill-Qorti ghal beneficcju mill-helsien mill-arrest.
L-imputat ġie arrestat ftit tal-ħin wara tul l-istess lejl, bil-pulizija tad-distrett wara li saret tfittxija fuqu ma nstabet ebda’ sikkina fuqha. Il-piena applikabbli għall-ksur tal-kundizzjonijiet ta’ digriet ta’ ħelsien mill-arrest taħt l-Art. 579(2) tal-Kap. 9 hija multa jew priġunerija għal żmien ta’ erba’ xhur sa sentejn, jew għal multa u priġunerija flimkien mal-konfiska tal-ammont stabbilit fil-ħelsien mill-arrest taħt garanzija favur il-Gvern ta’ Malta.
Fdak li jirrigwarda l-piena il-Qorti qalet liqed tiehu in kunsiderazzjoni li minkejja l-fatt li l-imputat huwa marbut b’ żewġt digrieti differenti għal benefiċċju tal-ħelsien mill-arrest huwa kiser il-kundizzjonijiet tagħhom u ma osservax il-kundizzjoni tar-rinkażar imposti fuqu.
Għal dawn ir-ragunijiet, il-Qorti wara li rat l-artikoli rilevanti tal-liġi, l-artikoli 579 (1), Art. 579(2) u Art. 579(3) tal-Kap. 9 tal-Ligijiet ta’ Malta issib lill-imputat ħati tal-imputazzjonijiet kollha miġjuba kontrih u konsegwentement bl-applikazzjoni tal-Art. 579 (2) tal-Kap. 9 tal-Ligijiet ta’ Malta ikkundannatu għal sentenza ta’ priġunerija ta’ sentejn ħabs effettivi. Ordnat ukoll l-flus għall-garanziji u depożiti jgħaddu favur il-gvern ta’ Malta.