Bosta kienu dawk li attendew bi ħġarhom għall-attivita organizzata mid-deputata tal-Partit Nazzjonalista, Claudette Buttigieg fid-Dar Ċentrali t-Tlieta filgħaxija.
Attivita bil-għan li jkun hawn iżjed għarfien dwar id-dijabete, billi saru testijiet taz-zokkor, tal-pressjoni kif ukoll testijiet tas-senzjazzjonijiet fis-saqajn dan għaliex persuni bid-dijabete jista jkun jitilfu din is-sensazzjoni, biex b’hekk titjieb il-kwalità tal-ħajja tan-nies.
Għal din il-laqgħa attenda l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech flimkien mal-mara tiegħu AnneMarie Grech, kif ukoll is-Segretarju tal-Partit Nazzjonalista Micheal Piccinino li tkellmu ma bosta persuni li attendew għal din l-inizjattiva.
Id-dijabete hija kundizzjoni kronika, li seħħ jew meta il-pankrija ma tiproduċix biżejjed insulina jew meta il-ġisem ma jużax b’ mod effetiv l-insulina li l-pankrija jkunu krejat.
Sfortunatament din il-kundizzjoni tolqot madwar 10% – 13% tal-popolazzjoni tal-fuq minn 18-il sena. Madanakollu dan in-numru mhux preċiż hekk kif f’pajjiżna ma jeżistix reġistru ta’ persuni li għandhom id-Dijabete.
Waqt li l-amputazzjonijiet żgħar, pereżempju tas-swaba huma minn erba’ sa sitt darbiet ogħla minn dawk f’pajjiżi oħrajn.
Barra minn hekk numru minn dawn il-persuni ma jafux li għandhom din il-kundizzjoni għalhekk huwa mportanti ħafna li dejjem nagħmlu testijiet neċċesarji.
Dan hekk kif jekk tiġi traskurata din il-kundizzjoni, twassal għal ħafna kumplikazzjonijiet fosthom fl-għajnejn, fil-kliewi, fis-saqajn u saħansitra anka mwiet.
Il-Partit Nazzjonalista jinsab kommess li jibqa’ jaħdem favur aktar għarfien u kura b’rabta mad-dijabete.
//= $special ?>