Lokali Parlament

Budget nieqes minn miżuri dwar bini sostenibbli


Rebekah Borg, PN


Id-deputat Nazzjonalista Rebekah Borg sostniet fil-parlament li dan il-budget kien nieqes minn miżuri dwar bini sostenibbli.


Rebekah Borg qalet li l-impatt tal-għoli tal-ħajja mhux limitat biss għall-affarijiet essenzjali iżda anki jinfirex fost dawk li jixtri l-ewwel propjetà tagħhom.


Dwar l-MCCAA, id-deputat Nazzjonalista qalet li għad ma kellhix risposta fuq il-każ ta’ Christian Borg minkejja li kien hemm dikjarazzjonijiet ta’ prattiċi qarrieqa.


Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-MCCAA għandha tkompli tinvestiga dan il-każ u appellat biex l-Awtorità ddaħħal sistema ta’ robot li jwieġeb il-mistoqsijiet tal-konsumaturi.


Hi qalet li l-għoli tal-ħajja hu riżultat tad-deċiżjonijiet li jieħu l-gvern propju minħabba li l-gvern m’għandux pjan fit-tul biex l-ekonomija tkun ibbażata fuq il-kwalità u mhux fuq il-kwantità. Rebekah Borg appellat biex ikun hemm kompetizzjoni ġusta u mhux inħolqot faxxa ta’ familji li ma jlaħħqux bil-paga sal-aħħar tax-xahar. Id-deċiżjoni tal-gvern li jintaxxa l-COLA hi inkwetati għall-konsumaturi.


Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-MEP Laburista Alex Agius Saliba għamel attakk fuq in-negozji meta rrapportahom lill-Kummissjoni Ewropea u kompliet li l-MCCAA għandha tinsisti fuq trasparenza meta jgħolew il-prezzijiet. Hi semmiet il-proposta tal-PN biex jinħoloq fond ta’ għajnuna biex il-piżijiet tal-prezzijiet ma jinġarrux mill-konsumaturi u sostniet li l-gvern m’aċċettax din il-proposta.


Id-deputat Nazzjonalista qalet li dan kien budget li ftit kellu inċentivi dwar bini sostenibbli u sostniet li problema oħra hi l-ammont kbir ta’ persuni li jgħixu f’kundizzjonijiet degradanti fi kmamar u appartamenti. Hi qalet li għandu kun hemm kriterji ta’ persuni li jistgħu jgħixu fil-binja skont spazju speċifikat.


Is-servizz pubbliku għandu jirrispetta lill-konsumatur, sostniet id-deputat Nazzjonalista, li qalet li d-drittijiet tal-konsumaturi huma wkoll obbligu morali apparti legali.