Sport Sport Ieħor

Futsal: Is-sitt rebħa konsekuttiva għall-Universitarji

University of Malta ACJ Group komplew bis-serje pożittiva fl-Enemed Futsal League meta rebħu s-sitt partita konsekuttiva tagħhom bl-iskor ta’ 13-4 kontra Ta’ Xbiex Futsal.

Il-Brażiljan Kaue Meggiato skorja tlett gowls filwaqt li Guilherme Fonseca u Leo Muscat skorjaw żewġ gowls kull wieħed bil-gowls l-oħra skorjati minn Steven Camilleri, Paul Scerri, Dale Valletta u awtogowls ta’ Stefi Cale, Jason Gauci u Glenn Bonello.

Il-gowls ta’ Ta’ Xbiex skorjati tlieta minn Stefi Cale u gowl ta’ Jason Gauci.

Iċ-champions Luxol iddominaw għal kollox il-konfront tagħhom kontra Gżira United Santa Margerita meta rebħu bl-iskor kbir ta’ 12-1.

Żurrieq Bormla irritornaw għar-rebħ minkejja li xejn ma sabuha faċli kontra Birżebbuġa St Peter’s Futsal meta rebħu bl-iskor ta’ 6-3 filwaqt li Swieqi United Futsal kisbu r-raba’ rebħa tal-istaġun meta għelbu 8-0 lis-selezzjoni Maltija ta’ taħt it-18-il sena.

Fl-iktar partita bilanċjata li kellna matul tmiem il-ġimgħa, Sliema Futsal u Marsaskala temmew il-konfront ta’ bejniethom fi draw ta’ 7-7.