Il‑Bank Ċentrali ta’ Malta għal darb’oħra wera l‑impenn tiegħu lejn kawżi tas-soċjetà, hekk kif fis-27 ta’ Ottubru fl-okkażjoni tal-Pink October u Movember, il‑Bank ingħaqad ma’ diversi organizzazzjonijiet u individwi biex titqajjem kuxjenza akbar filwaqt li jinġabru fondi b’risq dawn il‑kampanji.
L-impjegati tal-istess bank, libsin ir-roża, kienu milqugħa b’pastini roża mal-wasla tagħhom, filwaqt li ġew imħeġġa jagħtu l-appoġġ finanzjarju tagħhom b’risq il-Hospice Foundation.
Il‑Bank organizza wkoll lecture mogħtija mill-aromaterapista klinika u terapista fil-kura tal-onkoloġija u paljattiva, Marika Fleri, rikonoxxuta sew għal ħidmietha f’dan il-qasam u maħtura mill-President ta’ Malta bħala l-Koordinatur tal-Pjattaforma Nazzjonali għall-Kanċer.
Dan sar bil-għan sabiex il-bank juri l-ħidma u d-dedikazzjoni tiegħu lejn ir-responsabbiltà soċjali.
//= $special ?>