Lokali

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista jikkundana l-arrest ta’ dawk li kienu qed jipprotestaw fil-Mosta

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Bernard Grech permezz ta’ post fuq il-paġna uffiċjali tiegħu fuq FaceBook, ikkundana l-ordni tal-Kummisarju tal-Pulizija li jkunu arrestati dawk li kienu qed jipprotestaw fil-Mosta.

Bernard Grech żied jgħid li ħadd ma għandu jkun arrestat talli jsemma’ leħnu, waqt li qal ukoll li f’pajjiżna min jipprotesta kontra t-tqaċċit tas-siġar jiġi arrestat, u min seraq il-miljuni ta’ ewro għadu jiġri barra, bil-Kummissarju tal-Pulizija lanqas irid jaqdi dmiru u jinvestiga. Aħjar il-Kummissarju tal-Pulizija jqum mir-raqda u jagħmel xogħlu fuq dak li qaltlu l-Qorti tal-Appell.