Stephen Yiu, Chief Investment Officer ta’ Blue Whale Capital u Lead Manager tal-Blue Whale Growth Fund, se jkun qed jitkellem fil-medirectalk li se ssir fit-30 ta’ Novembru fis-6pm.
Din id-diskussjoni, bit-titlu ta’ ‘A high conviction approach in an uncertain world’ se tiffoka fuq kif Yiu u t-tim tiegħu jagħmlu użu minn riċerka fundamentali biex jidentifikaw b’konvinzjoni opportunitajiet ta’ investiment – dan minkejja l-isfidi makroekonomiċi u ġeopolitiċi globali.
Matul dan l-avveniment, Stephen Yiu se jkun qed jiddiskuti l-benefiċjarji potenzjali f’dawn iż-żminijiet inċerti inklużi kumpaniji f’setturi bhal l-Intelliġenza Artifiċjali (AI) u l-Enerġija u Reshoring, hekk kif il-webinar se jinkludi wkoll sessjoni ta’ Q&A fejn il-parteċipanti jistgħu jsaqsu l-mistoqsijiet tagħhom.
Fl-istqarrija tal-Medirect ġie spjegat kif meta Yiu tkellem dwar il-medirectalk li jmiss, huwa spjega illi d-dinja ta’ madwarna tinbidel kontinwament u għalhekk donnu li qed isir iżjed inċerta. Hu qal ukoll li minkejja dawn l-isfidi, għad hemm ħafna opportunitajiet u bħala Blue Whale huma dejjem ibbażaw d-deċiżjonijiet ta’ investiment fuq riċerka fundamentali li tagħti livell għoli ta’ konvinzjoni.
Yiu, flimkien ma’ Peter Hargreaves, ko-fundatur ta’ Hargreaves Lansdown, waqqfu l-Blue Whale Capital fl-2016. Il-Blue Whale Growth Fund (UCITS) li huwa disponibbli għall-klijenti ta’ MeDirect Malta ġie mniedi f’Settembru 2020, wara t-tnedija oriġinali tal-WS Blue Whale Growth Fund fl-2017.
Madanakollu, Ingrid Micallef il-Head – Products & Marketing ta’ MeDirect Malta, spjegat illi għal darb’ oħra dan l-avveniment huwa mistenni bil-ħerqa sabiex jiġu identifikati opportunitajiet fuq is-swieq.
Fi stqarrija l-MeDirect spjegaw kif dawn l-avvenimenti huma parti fundamentali tal-istrateġija ġenerali ta’ MeDirect, dik li tingħata l-informazzjoni u l-għodod necessarji lil-klijenti biex jinvestu b’kunfidenza u awtonomija.
//= $special ?>