Ir-residenti fl-Istat Messikan ta’ Colima qed jitkellmu dwar ‘miraklu’ wara li statwa żgħira tal-Madonna dehret bid-dmugħ f’għajnejha – bl-osservaturi – flimkien ma’ uffiċjali tal-Knisja qed jinsistu li l-każ qed jidher bħala ġenwin.
L-ewwel dehra tal-Madonna ‘qed tibki’ rawha n-nies fil-knisja tal-komunità ta’ El Canal u issa mijiet ta’ devoti qed iżuru din il-knisja biex jaraw il-fenomenu b’għajnejhom.
Il-filmati fuq il-media soċjali juru taqtir tal-ilma – litteralment dmugħ – ħerġin mill-għajnejn tal-istatwa u neżlin ma’ ħaddejha. U r-residenti taz-zona qed jinsistu li d-dmugħ hu ġenwin minħabba ‘id-dehra wisq realistika ta’ għajnejn l-istatwa’ li skont huma saru mdemmgħin u ħomor – l-istess bħal fil-każ ta’ bniedem li qed jibki.
Ir-residenti f’Colima qed jassoċjaw ‘id-dmugħ tal-Madonna’ mal-vjolenza kbira u kontinwa bejn it-traffikanti tad-droga li qed tifni l-Istat ta’ Colima. U waqt li hemm ukoll min jinsab xettiku dwar l-hekk-imsejjaħ fenomenu, ir-residenti qed jittamaw li l-allegat dmugħ jista’ ikun sinjal li l-inħawi ta’ Colima jistgħu ‘il quddiem jistgħu mill-ġdid jaraw il-paċi u bwon ordni.
//= $special ?>