Wara li l-gazzetti barranin ikkundannaw l-fatt li l-awtoritajiet Maltin taw l-benedizzjoni taghhom biex tinbena blokka flats ħdejn it-tempji megalitiċi tal-Ġgantija – bl-Awtorità tal-Ippjanar tapprova l-bini u s-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali b’pożizzjonijiet dubjużi għall-aħħar…Net News staqsa lill-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici dwar il-pożizzjoni tiegħu b’rabta ma’ dan l-iżvilupp kontroversjali.
B’Owen Bonnici naqas milli jieħu pożizzjoni xierqa, minkejja r-riskju li dawn it-tempji jitilfu l-istatus ta’ patrimonju dinji tal-UNESCO – għalkemm il-Ministru, iddeskriva xogħol is-sovrintendenza f’dan ir-rigward bħala wieħed tajjeb.
B’rabta mal-Budget, wegħdiet u proġetti kulturali ta’ dan il-Gvern …. Net News staqsa lill-Ministru Bonnici dwar il-villaġġ tal-karnival fil-Marsa – wegħda li issa ilha pendenti għal aktar minn deċenju.
Proġett li suppost intemm 3 snin ilu f’Ġunju tal-2020…proġett li sal-lum għadhom lanqas ġabu fondi għalih.
Proġett…li l-Ministru la jaf meta se jispiċċa u wisq inqas meta se jibda.
Intant Net News staqsih ukoll dwar il-wegħda elettorali ta’ faċilità għad-dilettanti kollha tal-Karnival…wegħda li l-Ministru jidher li nesa għal kollox…u farfarha fuq il-Minsitru għal Għawdex Clint Camilleri.
Lura għas-Sovrintendenza tal-Wirt Kulturali….Net News staqsa lil Owen Bonnici jekk il-ġebla tal-era Brittanika li kien qed iżomm il-Ministru Anton Refalo…għadhiex għandu.
Bil-Ministru jidher li mhux qed jieħu din l-affari ta’ allegat serq bis-serjetà – anzi, minflok jagħti garanzija li din se tiġi ritornata fejn jixraqilha…dehrlu li dan hu suġġett tad-daħk.
//= $special ?>