Lokali

Il-PN b’mozzjoni urġenti sabiex l-isfreġju tas-siġar fil-Mosta jiġi diskuss mill-Kunsill immedjatament

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ta struzzjonijiet lill-kunsillieri tal-Partit Nazzjonalista sabiex iressqu mozzjoni quddiem il-Kunsill ħalli tiġi diskussa mill-ġdid id-deċiżjoni dwar il-qlugħ tas-siġar fil-pjazza. Dan wara r-reazzjoni iebsa li kien hemm għal din id-deċiżjoni kontroversjali li ħa l-Kunsill Laburista tal-Mosta.

Bernard Grech sostna li l-Partit Nazzjonalista jibqa’ favur l-ambjent u qiegħed jistenna li s-Sindku tal-Mosta jaċċeta li ssir laqgħa sabiex titieħed l-aħjar deċiżjoni favur l-ambjent għall-ġid tal eko sistema kif ukoll tas-saħħa ta’ kulħadd.

Il-Kunsill Lokali għandu jieħdu azzjoni favur l-ambjent u favur is-siġar.