Mario de Marco, PN
Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco sostna fil-parlament li s-soluzzjoni għall-problemi kbar fil-Lvant Nofsani mhijiex li tinqered Gaza.
Mario de Marco qal li jekk Malta trid tkun rileanati fil-politika Ewropa, Malta għandha tenfażizza d-dimensjoni Ewro-Mediterranja. Hu fakkar fl-20 anniversarju fl-UE u qal li din kienet suċċess għal Malta. Il-progress fil-pajjiż kien mertu għas-sħubija ta’ Malta fl-UE, sostna Mario de Marco, li kompla li Malta hi pajjiżi tifehm il-Mediterran.
Hu sellem il-memorja tad-diplomatiku Evarist Saliba li miet fid-9 ta’ Ottubru 2023 u li kien wieħed mill-ikbar diplomatiċi tal-pajjiż.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar l-importanza tal-paċi fil-Mediterran u r-rilenza li din għandha fl-Ewropa. Dan hu żminijiet turbulanti f’Iżrael u fil-Palestina, sostna Mario de Marco, li kkundanna kemm l-attakki fuq Iżrael kif ukoll l-attakki fuq il-Palestinjani u qal li dawn huma żminijiet li jmorru lil hinn mid-dritt umanitarju internazzjonali li għandu dejjem ikun rispettat.
Id-deputat Nazzjonalista qal li l-attakki tal-Ħamas ma jġġustifikawx l-attakki ta’ Iżrael fuq il-Palestinjani f’Gaza. Hu kkundanna l-waqfien tal-ikel, l-ilma u s-servizzi lill-Palestinjani u l-attakki li qed isiru fuq id-djar tal-Palestinjani.
Mario de Marco qal li 12,000 persuna diġà mietu f’Gaza fl-aħħar attakki; li 60% tagħhom huma nisa u tfal. Dan filwaqt li l-isptarijiet qed ikollhom jagħlqu għaliex m’għandhomx l-enerġija neċessarja minħabba li twaqqaf id-dawl u l-fuel. Dan qed iwassal biex it-tfal li twieldu f’inkubaturi qed imutu kuljum. L-isptarijiet f’Gaza qed isiru ċimiterji.
Dak li qed iseħħ f’Gaza hu kundannabbli daqs dak li seħħ fis-7 ta’ Ottubru 2023, sostna Mario de Marco, li kompla li s-soluzzjoni mhix li tinqered Gaza. Il-komunità u l-istituzzjonijiet internazzjonali u l-UE għandhom dmir li jitkellmu, sostna d-deputat Nazzjonalista, li appella biex Malta titkellem quddiem dan il-massakru ta’ ħajjiet innoċenti.
Min hu favur il-kawża Palestinjana ma jkunx bilfors kontra l-Lhud, għaliex it-tnejn għandhom id-drittijiet tagħhom li jgħixu, sostna Mario de Marco. Hu appella biex l-Istati Uniti tgħaraf ir-responsabbiltà tagħha u tikkonvinċi lill-Iżarael biex jagħmel il-parti tiegħu.
L-UE m’għandhiex ikollha politika frammentata dwar il-Lvant Nofsani iżda politika b’saħħitha għaliex hi l-aktar istituzzjoni li tagħti flus lill-polu Palestinjan. Fl-aħħar ġimgħat il-vuċi tal-UE għandha tkun iktar b’saħħitha mas-sofferanza Palestinjana, sostna Mario de Marco, li appella wkoll lill-pajjiżi Għarab fis-solidarjetà mal-poplu Palestinjana.