Lokali Parlament

It-traffiku jiġġamja wkoll il-Parlament; is-seduta tibda tard

It-traffiku enormi f’numru ta’ toroq Maltin dalgħodu wassal biex is-seduta tal-palament tkun sospiża sakemm waslu d-deputati li kellhom jitkellmu fis-seduta.


Dalgħodu l-parlament qed jiddiskuti l-Ministru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsomatur iżda hekk kif il-parlament beda jiltaqa’ fid-9 am, id-Deputat Speaker David Agius kellu jissospendi s-seduta minħabba li ma kienx hemm il-kelliema preżenti.


Din is-sospensjoni saret bi qbil bejn il-gvern u l-Oppożizzjoni minħabba li sa dak il-ħin lanqas il-Ministru Julia Portelli Farrugia ma kienet għadha waslet fil-parlament, propju minħabba t-traffiku.


Wara xi ħin is-seduta parlamentari bdiet bl-ewwel kelliem tkun id-deputat Nazzjonalista Graziella Galea.