Futbol Sport

Jude Bellingham u Levi Colwill jirtiraw mill-iskwadra tal-Ingilterra

Meta fadal biss jumejn qabel il-partita kontra Malta, Jude Bellingham u Levi Colwill ukoll kellhom jirtiraw mill-iskwadra tal-Ingilterra minħabba injury fi spallithom. Huma jinagħdu ma’ James Maddison, Callum Wilson u Lewis Dunk li wkoll irtiraw aktar qabel minħabba injury.

Minflok dawn tal-aħħar Gareth Southgate sejjaħ lil Cole Palmer ta’ Chelsea, Rico Lewis ta’ Manchester City u Ezri Konsa ta’ Aston Villa. L-Ingilterra diġa kwalifikaw għall-Euro 2024 u b’hekk il-kowċ Ingliż mistenni li jesperimta xi ftit fl-aħħar żewġ partiti tal-Ingilterra kontra Malta u l-Maċedonja.

L-iskwadra tal-Ingilterra:

Goalkeepers: Sam Johnstone (Crystal Palace), Jordan Pickford (Everton), Aaron Ramsdale (Arsenal).

Difensuri: Marc Guehi (Crystal Palace), Harry Maguire (Manchester United), Fikayi Tomori (Milan), Kieran Trippier (Newcastle), Kyle Walker (Manchester City), Rico Lewis (Manchester City), Ezri Konsa (Aston Villa).

Midfielders: Trent Alexander-Arnold (Liverpool), Conor Gallagher (Chelsea), Jordan Henderson (Al-Ettifaq), Kalvin Phillips (Manchester City), Declan Rice (Arsenal), Cole Palmer (Chelsea).

Attakkanti: Jarrod Bowen (West Ham), Phil Foden (Manchester City), Jack Grealish (Manchester City), Harry Kane (Bayern Munich), Marcus Rashford (Manchester United), Bukayo Saka (Arsenal), Ollie Watkins (Aston Villa).